And What about Us?Ġenituri u Edukaturi ta’ Tfal b’Ġeneru Divers 14 ta’ Mejju 2024 mit-08:45 am sas-01:00 pm fil-Każin tal-Banda Peace, in-Naxxar, Malta 

Informazzjoni u reġistrazzjoni 

“And What about Us? Parents & Educators of Gender Diverse Children” hija konferenza li għandha l-għan li tapprofondixxi l-fehim tad-diversità tal-ġeneru fost it-tfal. Il-konferenza għandha ukoll l-għan li trawwem lil dawk li se jattenu b’għarfien u riżorsi siewja. Din il-konferenza l-qofol tal-proġett Erasmus+ Gender 101, u ser tkun mimlija b’għarfien ibbażat fuq l-evidenza, għodod prattiċi, u riżorsi imprezzabbli. Il-proġett Gender 101 Erasmus+ kien minn ta’ quddiem fit-trawwim tal-inklussività u l-fehim f’ambjenti edukattivi. Permezz ta’ din il-konferenza, qegħdin nimmiraw li napprofondixxu l-fehim tiegħek tad-diversità tal-ġeneru u nagħtu l-għarfien u l-għoddod biex tkunu tistgħu tappoġġjaw lit-tfal fl-esplorazzjoni tal-identità tal-ġeneru tagħhom. 

Il-punti ewlenin tal-konferenza jinkludu: 
–          Esplorazzjoni fil-fond tad-diversità tal-ġeneru fost it-tfal.
–          Intuwizzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza dwar l-appoġġ tat-tfal li jinnavigaw l-identità tal-ġeneru tagħhom.
–          Vetrina ta’ għodod u riżorsi diġitali żviluppati permezz tal-proġett Erasmus + Gender 101.
–          Organizzazzjonijiet madwar id-dinja ser jaqsmu informazzjoni u gwida siewja.
–          Segment dedikat għall-Q&A li jiżgura tweġibiet bir-reqqa għall-mistoqsijiet kollha.