Fil-perjodu bejn Ġunju u Lulju 2023, l-imsieħba tal-proġett GENDER 101 organizzaw Train the Trainers (taħriġ lill-ħarrieġa) fil-pajjiżi kollha tal-proġett, Malta, il-Litwanja, il-Polonja, l-Irlanda, l-Italja u l-Kroazja. Mill-inqas tlett edukaturi f’kull pajjiż attendew għat-taħriġ. Fix-xhur ta’ wara, dawn l-edukatur imħarrġa setgħu jagħtu tagħlim lil ġenituri. Minn ta’ l-inqas 20 ġenitur f’kull pajjiż ġew imħarrġa wara dan it-taħriġ li seħħ fis-sajf.