Focus groups ma' edukaturi u ġenituri fil-pajjiżi tal-proġett
Fil-perjodu ta’ bejn Frar u Marzu 2023, it-tim tal-proġett organizza focus groups ma’ edukaturi u ġenituri f’Malta, il-Litwanja, il-Polonja, l-Irlanda, l-Italja u l-Kroazja.
Aktar minn 60 parteċipant ipprovdew sejbiet rilevanti għall-proġett GENDER 101.
Ftit kummenti tal-parteċipanti
Rigward l-ostakli għall-inklussività tal-ġeneru:
“Ftit moħħ miftuħ, ftit interess fl-ieħor”
“Nuqqas ta’ djalogu miftuħ mal-ġenituri”
“Nuqqas ta’ kollaborazzjoni bejn l-iskola u l-familja”
“Mhux kulħadd huwa lest li jifhem”
Dawk li wieġbu jixtiequ jkollhom:
“Aktar informazzjoni sabiex taqsamha”
“Appoġġ ta’ psikologu”
“Aċċess u tixrid faċli”
“Qsim ta’ esperjenzi”
“Għandna bżonn linji gwida mfassla minn nies kompetenti fl-istudji dwar il-ġeneri (mill-ispettri kollha). M’għandniex inkomplu nikkunsidraw biss id-differenza bejn Il- ġeneri, li minnha huma esklużi persuni intersesswali u transġeneri (fil-każ taċ-ċentri ta’ kontra l-vjolenza F to M pereżempju)”
“Interazzjoni f’diversi livelli u bini ta’ sistema għal djalogu kontinwu”